Sunday, December 22, 2024

Kompla jikber is-suq tat-telekomunikazzjoni f’Malta

Aqra wkoll

Is-settur tat-telekomunikazzjoni f’pajjiżna kompla jikber permezz ta’ żieda fil-kuntratti li saru għal servizz ta’ telefon ċellulari. Dan kompla wassal għal konsum ikbar ta’ data li tniżżlet bl-internet bejn is-sena 2017 u Ġunju ta’ din is-sena.

Dan is-settur kompla kiber fil-perijodu msemmi minkejja l-qilla tal-pandemija tal-Covid-19, li bla dubju, ħalliet impatt negattiv fl-attivitajiet ta’ ‘roaming’. Madankollu, il-volum ta’ dan is-settur qed bil-mod il-mod jerġa’ jirkupra.

Minn stħarriġ li għamlet l-Awtorità Maltija tal-Komunikazzjoni – MCA – jirriżulta li żdiedu wkoll l-abbonamenti f’dawk li huma servizzi televiżivi bi ħlas. Fil-fatt dawn qed jiżdiedu b’medja ta’ madwar 2% kull sena.

F’dawk li huma servizzi postali, l-istħarriġ tal-MCA sab illi l-volum ta’ posta fl-ewwel sitt ta’ din is-sena naqas bi ftit meta mqabbel mal-istess perijodu tas-sena li għaddiet. Dan kien dovut primarjament għal tnaqqis fil-posta domestika u posta għal barra l-pajjiż. Mill-banda l-oħra ġie reġistrat tkabbir b’saħħtu f’dik li hi posta minn barra lejn Malta.

Ekonomija

Sport