Friday, May 3, 2024

Vulkan fil-gżejjer Kanarji jiżbroffa għall-ewwel darba f’50 sena

Aqra wkoll

Vulkan fuq waħda mill-gżejjer Kanarji fl-Oċean Atlantiku żbroffa għall-ewwel darba f’50 sena. Dan wassal għall-evakwazzjoni ta’ eluf ta’ residenti.

Il-Prim Ministru Spanjol Pedro Sanchez żar il-gżira ta’ La Palma fil-gżejjer Kanarji fi Spajna fejn żbroffa l-vulkan Cumbre Vieja.

Mill-filmati li nġibdu tidher il-lava minn dan il-vulkan tinxtered u teqred diversi djar.

Sanches qal li l-awtoritajiet qed jissorveljaw mill-qrib iż-żona għal xi nirien li jistgħu jiżviluppaw kawża tal-lava.

L-aħħar li dan il-vulkan kien żbroffa kien proprju 50 sena ilu. Dan jinsab fin-nofsinhar tal-gżira La Palma li fuqha jgħixu madwar 80,000 persuna.

Kien hemm ordnijiet ta’ evakwazzjoni obbligatorji għal erba’ rħula, inklużi El Paso u Los Llanos de Aridane, u ġew stabbiliti xelters temporanji. Skont rapporti internazzjonali, s’issa ma ġew irrappurtati l-ebda vittmi.

Sport