Saturday, May 4, 2024

Komplew jittiefsu d-drittijiet fundamentali… min jaħseb li se jaqtagħli qalbi ma jafnix

- l-eks Prim MInistru Joseph Muscat

Aqra wkoll

L-eks Prim Ministru Joseph Muscat ikkummenta dwar deċiżjoni fil-Qorti Maltija u ddeskrivieha bħala li fil-fehma tiegħu ‘komplew jittiefsu d-drittijiet fundamentali”. Iddikjara li “min jaħseb li se jaqtagħli qalbi ma jafnix”.

Joseph Muscat qal li “l-Qorti ħadet deċiżjoni oħra li permezz tagħha komplew, fil-fehma tiegħi, jittiefsu d-drittijiet fundamentali. Wara fatti li ħarġu matul il-kors ta’ din il-kawża kien ħtieġli l-bżonn li nagħmel talba lill-Qorti biex inżid talba oħra ma dak li kont għamilt oriġinarjament. Dan ġie rikonoxxut mill-Qorti stess fid-digriet tagħha. Ma kienux ser ibiddlu s-sustanza tal-kawża imma sempliċiment żieda biex naċċerta ruħi li l-Qorti tkun qegħda fl-aħjar qagħda li tieħu deciżjoni informata. Il-Qorti ma laqgħetx din it-talba.”

Kompla jgħid li “ma naqbilx u ma nifhimx kif jien għandi niġi trattat differenti minn ħaddieħor. Għalhekk ser inkun qed nara kif u b’liema l-aħjar mod niddefendi d-drittijiet tiegħi, kemm f’Malta u jekk hemm bżonn barra minn Malta. Min jaħseb li se jaqtagħli qalbi ma jafnix.”

Sport