Wednesday, April 24, 2024

Ħadd ma jweġġa’ wara li karozza ħadet in-nar f’Għajnsielem

Aqra wkoll

Kien għall-ħabta tat-8.00am meta l-Pulizija ġew informati li fi Triq JF de Chambray f’Għajnsielem kien hemm karozza qed tieħu n-nar.

Fuq il-post marru uffiċjali tal-Protezzjoni Ċivili li kkontrollaw in-nirien. Għal xi ħin it-triq kienet magħluqa għat-traffiku sakemm in-nirien ġew ikkontrollati.

Jirriżulta li f’dan l-inċident ħadd ma weġġa’.

Il-pulizija qegħdin jinvesigaw dan il-każ.

Sport