Saturday, November 30, 2024

Bulgaru jweġġa’ gravi f’inċident tat-traffiku f’Ħal Qormi

Aqra wkoll

Bulgaru ta’ 37 sena u residenti San Pawl il-Baħar weġġa’ gravi wara li dalgħodu għall-ħabta tad-8.45am kellu jittieħed l-Isptar Mater Dei għax weġġa’ f’inċident tat-traffiku fi Triq l-Imdina, Ħal Qormi.

Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li kienet seħħet ħabta bejn Toyota Auris misjuqa minn mara ta’ 39 sena residenti Ħad-Dingli, u mutur MH Motorcycles misjuq mill-Bulgaru.

Is-sewwieq tal-mutur ingħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-isptar b’ambulanza u ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Sport