“Kondoljanzi sinċieri lill-kollega tagħna David Debattista għat-telfa tal-għażiża martu Michelle, li ħallietna fl-età ta’ 55 sena. Michelle kellha tmur l-Ingilterra darbtejn għall-kura, u kull darba qattgħet madwar xahrejn fl-appartamenti ta’ Puttinu Cares, li għal ħafna familji Maltin u Għawdxin isiru Home away from home waqt żmien diffiċli”.
Dan kien il-messaġġ li wassal Puttinu Cares permezz tal-paġna ta’ Facebook, fejn ġie spjegat li b’ġest ta’ ġenerożità kbira, David għażel li jagħmel donazzjoni lil Puttinu Cares b’ġieħ Michelle.
Huma qalu ukoll; “Napprezzaw ħafna li anke f’mumenti ta’ niket bħal dawn, familji jaħsbu f’oħrajn. Dan huwa ġest li jfakkarna kemm huwa sabih s-solidarjetà u mħabba lejn xulxin. Inżommu lil David u lill-familja kollha fit-talb tagħna f’dan iż-żmien diffiċli”



