Monday, December 9, 2024

Konferenza diġitali mill-Ministru Carmelo Abela

Aqra wkoll

Il-Ministru mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru Carmelo Abela jindirizza konferenza stampa diġitali fuq il-kundizzjonijiet tax-xogħol b’rabta mal-Covid-19.

Il-Ministru fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru Carmelo Abela qal li se jkunu qed iniedu helplines biex wieħed isaqsi l-mistoqsijiet relatati mal-kundizzjonijiet tax-xogħol. Għall-ħaddiema n-numru huwa 1575 u għal min iħaddem in-numru huwa 1576. F’każ li persuna tixtieq tibgħat email għandha tagħmel fuq [email protected]

Il-Ministru Abela qal li minn meta l-imxija tal-Covid 19 laqtet lill-pajjiżna (9 ta’ Marzu) id-Dipartiment beda jirċievi aktar mistoqsijiet mill-ħaddiema u min iħaddem fejn jidħlu kundizzjonijiet tax-xogħol. Fejn fil-bidu kien ikun hemm mal-100 telefonata kuljum, din telgħet għal medja 200 u fl-aħħar ġimgħa telgħu għal 300 telefonata kuljum, b’total ta’ 3500 telefonata fuq il-perjodu kollu.

Il-Ministru Abela qal li bħala Gvern huwa importanti li jibqa’ jsegwi l-affarijiet ta’ kuljum anke fid-dinja ta’ xogħol u kundizzjonijiet tal-ħaddiema. Huwa qal li l-Gvern mexa b’għaqal u b’sostenibiltà filwaqt li sostna li jixtieq nara li l-ħaddiema tagħna jgawdu minn kundizzjonijiet ta’ xogħol diċenti.

Huwa żied jgħid li kulħadd irid jagħmel is-sagrifiċċji tiegħu u min dan il-perjodu huwa importanti li jekk se nbatu nbatu lkoll flimkien imma nitilqu b’ottimiżmu biex nerġgħu mmorru lura għat-tkabbir ekonomiku.

Huwa għal darb’oħra rrefera għad-diskussjonijiet li saru flimkien mal-isħab soċjali u wara l-istess laqgħa kienet saret laqgħa mal-employment relations bord fejn ġie diskuss f’aktar dettall il-kundizzjoni tal-ħaddiema. Fl-aħħar tal-laqgħa kien infurmat li dawk preżenti talbu li fejn għandu x’jaqsam il-leave tal-kwarantina s-settur privat għandu jingħata bħalma ngħata s-settur pubbliku. 

Fl-aħħar pakkett finanzjarju li tħabbar mill-Prim Ministru Robert Abela, il-Gvern iddikjara li se jagħti €800 għal kull ħaddiem li kien jaħdem ma’ kumpanija filwaqt li ntlaħaq qbil biex min iħaddem joħroġ il-kumplament tal-paga sa minimu ta’ €400. 

Il-Ministru Abela qal li l-Gvern qed jassigura li dawn il-kundizzjonijiet tax-xogħol jiġu rrispettati. Huwa qal li dan huwa perjodu ta’ ċirkostanzi partikolari ħafna u xtaq jiċċara li f’każ li jkun hemm impjegati li mhux qed jingħataw dak li jaħsbu mid-dritt li jingħataw għandhom jersqu lejn id-dipartiment.

Il-Ministru Abela qal li jekk għandek ħaddiem li l-paga hija ta’ €1000, il-Gvern jagħti €800 filwaqt li min iħaddem irid joħroġ €200. F’każ li ħaddiem għandu paga ta’ €1600, il-Gvern jagħti €800 u min iħaddem jagħti l-kumplament jew bħala minimu €400. Jekk dan ma jsirx id-dipartiment mhux biss irid jiġi notifikat imma jrid jagħti l-permess tiegħu.

Ekonomija

Sport