Friday, November 22, 2024

Konferenza Ġenerali Straordinarja mill-PL

... Diskussjoni fosthom il-possibilta’ li l-kariga ta’ Deputat Mexxej tal-Partit tkun tista’ tiġi kkontestata minn Membri Parlamentari

Aqra wkoll

Fi stqarrija maħruġa mill-Partit Laburista, tħabbar li fuq talba tal-Amministrazzjoni tal-Partit Laburista, l-Eżekuttiv Nazzjonali tal-PL ilbieraħ filgħaxija ddeċieda li ssir Konferenza Ġenerali Straordinarja nhar il-Ġimgħa li ġej, 9 ta’ Awwissu fis-18:00 fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista.

Dan sabiex jitpoġġew għad-diskussjoni emendi statutorji fosthom il-possibilta’ li l-kariga ta’ Deputat Mexxej għall-Affarijiet tal-Partit tkun tista’ tiġi kkontestata minn Membri Parlamentari.

L-elezzjonijiet għall-karigi ta’ Deputati Mexxejja u ħatriet oħra fl-Amministrazzoni tal-Partit Laburista se jsiru bejn it-13 u l-15 ta’ Settembru. In-nominazzjonijiet għall-karigi kollha se jinfetħu nhar il-Ġimgħa 23 ta’ Awwissu u jibqgħu miftuħin sal-25 ta’ Awwissu.

L-elezzjonijiet jitmexxew mill-Kummisjoni Elettorali tal-Partit Laburista.  Il-Konferenza Ġenerali tagħlaq il-Ħadd 15 ta’ Settembru b’diskors tal-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista, Robert Abela.

Sport