“Bħalissa ffukati kompletament biex dawk iż-żoni li għadhom mingħajr provvista tal-elettriku, tiġi ritornata l-provvista. Dwar il-prinċipju li se jingħata kumpens, iva diġà tkellimt ċar se tkun qiegħda tinħoloq skema ta’ kumpens speċifika”. Ħabbar dan il-Prim Ministru f’kummenti li għadda lill-midja.
Huwa qal li din l-iskema se tkun qiegħda tagħmel tajjeb għall-affarijiet bħalma huma dawk li ntilfu mill-friġis u l-friżers, iżda li tagħmel tajjeb ukoll għall-inkonvenjent li kellu jsofri l-poplu f’perjodu fejn it-temperaturi huma li huma. Huwa qal li din l-iskema se tmur lil hinn minn dik tradizzjonali fejn iċ-ċittadin seta’ jiddikjara affarijiet bħalma huma appliances.
Dr. Abela appella lill-ġurnalisti biex l-Oppożizzjoni ma ddawwarx kwistjoni ta’ interess nazzjonali f’kwistjoni ta’ politika partiġġjana.