Saturday, December 21, 2024

Konfermat il-Kabinett il-ġdid tal-PM Robert Abela

Aqra wkoll

Hekk kif dalgħodu dan is-sit ippubblika rapport fejn fih ta d-dettalji ta’ kif kien kienet għaddejja l-ħidma biex jifforma l-Kabinett il-ġdid tal-Prim Ministru Robert Abela, illum wara nofsinhar ġie kkonfermat il-Kabinett il-ġdid. Dan se jkun Kabinett bi 18-il Ministru u erba’ Segretarji Parlamentari

Għall-ħabta tat-3.30p.m. se jkun qiegħed jieħu l-ġurament tal-ħatra l-kabinett tal-Ministri, wara l-għażla demokratika tal-poplu fl-Elezzjoni Ġenerali tas-26 ta’ Marzu.

Kif imwiegħed tul il-kampanja elettorali, il-Prim Ministru Robert Abela għażel kabinett li jinkludi taħlita ta’ esperjenza u demm ġdid. Fil-fatt f’dan il-Kabinett, waqt li hemm uħud li żammu d-dekasteru li kellu, kien hemm oħrajn li kellhom tibdil u dan anke minħabba l-fatt li kien hemm Ministri mil-leġiżlatura ta’ qabel.

Il-mira ewlenija ta’ dan il-kabinett hi li jitwettaq il-manifest elettorali li fuqu kien elett il-gvern, manifest elettorali mibni fuq il-ħtieġa ta’ Malta isbaħ, opportunitajiet indaqs għal kulħadd u kwalità ta’ ħajja aħjar.

Il-Prim Ministru Robert Abela ta permess temporanju għal ftit jiem lill-Kirurgu Jo Etienne Abela biex ikun jista’ jopera pazjenti li diġà għamlu tħejjija għall-operazzjoni. Dan fl-interess tas-saħħa tal-istess pazjenti.

Il-Prim Ministru se jikkunsidra wkoll ħatriet oħra, fid-dawl tal-ħtieġa li bħalma se tissaħħaħ ir-rappreżentanza femminili fil-Parlament, tissaħħaħ ukoll fl-eżekuttiv.

Dawn huma l-Ministri fil-Kabinett:

  • Robert Abela – Prim Ministru
  • Chris Fearne – Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa
  • Owen Bonnici – Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali
  • Ian Borg – Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ
  • Michael Falzon – Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal 
  • Anton Refalo – Ministru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali
  • Roderick Galdes – Ministru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli 
  • Silvio Schembri – Ministru għall-Ekonomija, il-Fondi Ewropej u l-Artijiet
  • Julia Farrugia Portelli – Ministru għall-Inklużjoni, il-Volontarjat u d-Drittijiet tal-Konsumatur
  • Aaron Farrugia – Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali
  • Clint Camilleri – Ministru għal Għawdex
  • Byron Camilleri – Ministru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza
  • Clayton Bartolo – Ministru għat-Turiżmu
  • Miriam Dalli – Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Intrapriża
  • Clyde Caruana – Ministru għall-Finanzi u x-Xogħol
  • Clifton Grima – Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni
  • Stefan Zrinzo Azzopardi – Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u l-Ippjanar
  • Jonathan Attard – Ministru għall-Ġustizzja
  • Jo Etienne Abela – Ministru għall-Anzjanità Attiva

Segretarji Parlamentari

Andy Ellul: Segretarju Parlamentari għad-Djalogu Soċjali fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru

Alison Zerafa Civelli: Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali fil-Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali

Chris Bonnett: Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej fil-Ministeru għall-Ekonomija, l-Fondi Ewropej u l-Artijiet

Keith Azzopardi Tanti: Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni fil-Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni

Ekonomija

Sport