Sunday, December 22, 2024

Konfront kolossali bejn Spanja u l-Ġermanja

Aqra wkoll

Minn Grupp E, fit-8.00 pm jintlagħab il-konfront kolossali bejn żewġ eks rebbieħa … kif ukoll meqjusa bħala gġanti tal-football Mondjali.

Spanja jinżlu għal din il-partita b’moral mill-aktar għoli hekk kif ġejjin minn goleada ta’ 7-0 fuq Costa Rica. Huma se jaffrontaw team “ferut” hekk kif il-pressjoni tinsab kollha fuq il-Ġermanja.

B’rebħa, l-Ispanjoli jaqtgħu l-passaġġ tagħhom għar-round tal-Aħħar 16.

Wara t-telfa sorprendenti kontra l-Ġappun, xejn għajr minn rebħa ma tissodisfa l-kriteriji tal-Ġermanja minħabba li tħallihom jittamaw.

Jekk huma joħorġu telliefa u l-Ġappun ma jitil­fux kontra Costa Rica, ikun ifisser li jkollhom jaqbdu l-ajruplan lura lejn il-Ġermanja wara l-logħba li jkun imiss … kontra Costa Rica.

Jekk jiġri hekk tkun it-tieni darba nfila li huma jisfaw eliminati mill-Fażi tal-Gruppi.

Għal Spanja, Jose Gaya kellu jirtira mill-is­kwadra, u minfloku ssejjaħ Alex Balde ta’ Barcelona. Wieħed jistenna li Spanja jibdew bl-istess formazzjoni li bdew biha kontra Costa Rica.

Min-naħa l-oħra għall-Ġermanja, Leroy Sane, ma ġiex utilizzat kontra l-Ġappun, iżda kien biss fuq il-bank, u għaldaqstant illum jista’ jiġi msejjaħ fl-ewwel ħdax biex jissaħħaħ l-attakk. 

Ekonomija

Sport