Friday, April 26, 2024

Konġestjoni tat-traffiku f’Birkirkara minħabba nirien

Aqra wkoll

Dan is-sit jinsab infurmat li n-nirien ġew kontrollati u li t-traffiku fid-direzzjoni lejn l-Isptar Mater Dei miexi b’mod normali.

Għalkemm fil-post issejħu uffiċjali biex jidderiġu t-traffiku, jidher li għad hemm konġestjoni tat-traffiku fid-direzzjoni lejn Ħal Balzan.

1:00 p.m: Nirien li żviluppaw aktar kmieni rriżultaw f’ konġestjoni kbira tat-traffiku fi Triq Dun Karm f’Birkirkara.

It-triq li tagħti lejn l-Isptar Mater Dei kellha tingħalaq temporanjament għat-traffiku minħabba daħna kbira, filwaqt li fuq in-naħa opposta nġemgħet konġestjoni tat-traffiku.

Fil-post hemm pumpiera li ntalbu biex jikkontrollaw in-nirien li żviluppaw f’art agrikola li hemm fil-ġenb tat-triq.

Sport