Sunday, April 14, 2024

“L-OMICRON XE se jwassal għal żieda fil-każijiet… L-isptarijiet taħt kontroll”

Id-Deputat Prim Ministru Chris Fearne

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Waqt li kien qiegħed iwieġeb għall-mistoqsijiet, id-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa Chris Fearne kkonferma li f’pajjiżna m’għandna l-ebda każ ta’ monkeypox. 

Fearne ħabbar li f’pajjiżna kellna każ wieħed biss li għadda l-perjodu tiegħu u li sal-mument li fih kien qiegħed iwieġeb f’pajjiżna ma kien reġistrat l-ebda każ attiv ta’ dan il-virus.

Rigward il-Covid-19, id-Deputat Prim Ministru qal li dan il-virus għadu fostna anke minħabba varjant ieħor tal-OMICRON magħruf bħala OMICRON XE li jidher li qiegħed jinfirex fil-komunità. 

Madanakollu Fearne spjega li s-sitwazzjoni fl-isptarijiet tagħna għadha waħda taħt kontroll fejn hemm 31 persuna rikoverati filwaqt li hemm żewġ persuni fit-Taqsima tal-Kura Intensiva, liema każi ilhom hemm numru ta’ xhur.

Fearne kompla bl-appell tiegħu biex il-pubbliku jkompli jilqa’ l-istedina tat-tieni booster u żvela li s’issa kien hemm mal-40,000 li ħadu din it-tilqima.

Ekonomija

Sport