Friday, November 22, 2024

Konġestjoni tat-traffiku fil-Marsa wara inċident tat-traffiku

Aqra wkoll

Sewwieq ta’ mutur ddaħħal l-Isptar wara li aktar kmieni għall-ħabta tal-11:30 a.m kien involut f’inċident tat-traffiku fi Triq Aldo Moro fil-Marsa.

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li kienet seħħet ħabta bejn mutur Peugeot Tweet misjuq minn raġel ta’ 61 sena residenti Marsaskala u Mitsubishi Shogun misjuq minn mara ta’ 31 sena residenti Bormla. 

Fil-post issejjaħ tim mediku li assista lis-sewwieq tal-mutur sakemm huwa seta’ jittieħed lejn l-Isptar Mater Dei permezz ta’ ambulanza. S’issa għadha mhix magħrufa l-kundizzjoni tiegħu. 

Fil-post issejħu uffiċjali minn Trasport Malta li qegħdin jidderiġu t-traffiku minħabba li xi karreġġjati kellhom jingħalqu sakemm isiru l-investigazzjonijiet neċessarji.

Sport