Monday, May 6, 2024

Il-Purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira ta’ Ħal Għaxaq posposta minħabba l-maltemp

Aqra wkoll

Il-Kummissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira ta’ Ħal Għaxaq ħarġet tavża li minħabba s-sitwazzjoni tat-temp u r-rapport dettaljat maħruġin mill-uffiċċju meterjoloġiku fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta l-purċissjoni kellha tiġi posposta.

Il-Kummissjoni żiedet tgħid li kollox qed jindika li l-gżejjer Maltin ser jintlaqtu minn ħalbiet tax-xita spissi u possibilment bil-maltemp. Kien għalhekk li ttieħdet id-deċiżjoni li l-purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira li kellha ssir illum 2 t’April f’ Ħal Għaxaq ser tiġi posposta għal nhar l-Erbgħa 5 t’April 2023 fis-6:30pm.

Sport