Sunday, November 24, 2024

“Konna għadna kemm naqtgħu minn ma’ xulxin… imħabbti lejk mhux se tintemm”

Aqra wkoll

Fl-aħħar sigħat fuq il-mezzi soċjali ma naqsux l-għadd kbir ta’ persuni li sellmu l-memorja ta’ Joseph Ellul, il-ħaddiem ta’ 38 sena li sfortunatament miet dalgħodu fl-impjant tal-inċineratur fil-Marsa.

Fost dawn kitbet ukoll is-sieħba tiegħu Bernice Bugeja fejn esprimiet l-imħabba tagħha lejh u li din l-imħabba mhux se tintemm.

Filwaqt li staqsiet għala telaqha, hija qalet: ‘Konna għadna kemm naqtgħu minn ma’ xulxin, għitli ċaw Ċikka tiegħi. Imħabbti lejk mhux se tintemm.”

Persuna oħra li kienet tafu qalet: “Lanqas irrid nemmen Joseph. Nikteb u nibki ma nafx x’se ngħid. Kont raġel kbir… għaliex il-ħajja kienet daqshekk kifra miegħek. Għadni narak dieħel fejn missieri u twegħdu li se tieħu ħsieb lil oħti waqt li qed imut – dik il-kelma żammejta għax qatt ma naf li ma kontx hemm għal oħti. Ħabbejtha wisq wara dak kollhu li għaddiet minnu. Issa hu ħsiebha minn hemm fuq. Sa ma nerġgħu niltaqgħu Ġuż. Ħu ħsiebna kollha. Mur fejn missierek u missieri – żgur se jiehdu pjaċir bik u se jgħannquk waħda kbira.”

Sport