Wednesday, April 24, 2024

“Konna, għadna u nibqgħu nħobbu lil Silvio u se naraw li l-ġid li għamel qatt ma jintesa”

Il-familja Parnis tirringrazzja lil dawk kollha li taw kontribut fl-aħħar tislima

Aqra wkoll

“Konna, għadna u nibqgħu nħobbu lil Silvio u se naraw li l-ġid li għamel qatt ma jintesa”. Dan kien l-għeluq ta’ messaġġ li l-familja ta’ Silvio Parnis tellgħu fuq il-midja soċjali fejn irringrazzjaw lil dawk kollha li taw kontribut fl-aħħar tislima.

Il-familja qalet li l-attendenza numeruża li kien hemm fil-funeral ta’ Silvio lbieraħ wera kemm kien verament maħbub.

Huma rringrazzjaw lil dawk kollha li ħadu sehem fil-funeral, lil dawk li pprovdew is-servizz tagħhom u lil dawk li għenu fil-loġistika u l-koordinazzjoni u lil dawk kollha li kienu ta’ spalla għalina f’dan il-mument tant iebes.

“Fl-aħħar nixtiequ nirringrazzjaw minn qiegħ qalbna lil dawk li ħabbew u li kienu dejjem hemm għal Silvio tul ħajtu. L-imħabba tagħkom hija imprezzabbli,” qalet il-familja Parnis fil-messaġġ fuq il-midja soċjali.

Sport