Fil-jiem li għaddew, Colin Bason u Alex Muscat laħqu tragward inkredibbli meta laħqu l-quċċata tal-Muntanja Toubkal fil-Marokk – l-ogħla quċċata tal-Afrika ta’ Fuq b’4,167 metru fil-medda tal-High Atlas.
Dan is-sit tkellem ma’ Colin Bason innifsu li tana iktar dettalji:
Fiżikament konna qegħdin nagħmlu żewġ sessjonijiiet, it-Tlieta u l-Ħamis u trekking is-Sibt jew il-Ħadd u għalhekk fiżikament konna hemm, qatt ma kienet biżá li ma nlestuhiex.
Psikoloġikament kien hemm mumenti fejn tgħid, għalfejn iddeċidejt li nagħmilha speċjalment minn nofsha ‘l fuq peró kien hemm element ta’ kburija u anke taħseb f’nies li huma importanti f’ħajtek, waqt li konna grupp nies li ħeġġiġna bis-sħiħ lil xulxin u ġbidna l-ħabel flimkien. Kollox jgħin f’mumemti hekk.
Huwa sodisfazzjon kbir li tagħmilha, mument pjaċevoli speċjalment meta tkun ma’ sħabek.
Jien u Alex Muscat ilna ħbieb ‘il fuq min 25 sena u kien wasal iż-żmien li nagħmlu xi ħaġa flimkien … xi ħaġa għalina u għalhekk għamilna kuraġġ b’xulxin speċjalment fiż-żmien meta kien ikollna t-taħriġ fit-8pm fix-xitwa.
Nerġa’ nagħmilha … fil-fatt sejjer nagħmel Mount Fuji fil-Ġappun fil-bidu ta’ Ottubru.
Nixtieq ngħid grazzi kbira lil kull min appoġġjana bid-donazzjonijiet ġenerużi tagħhom. Bl-għajnuna tagħhom, ġbarna fondi vitali għall-proġett speċjali tagħna fl-Etjopja, fejn dawk ir-riżorsi se jagħmlu differenza reali. Grazzi wkoll lil Soccer Supplement Malta talli għenu lit-tim kollu bl-idratazzjoni meħtieġa u lil SIGMA Foundation!