L-eks Ministru Konrad Mizzi u l-eks kordinatur tal-komunikazzjoni tiegħu Lyndsey Gambin, ingħataw €1,000 f’danni kull wieħed f’żewġ kawżi ta’ libell.
Il-proċeduri, li jmorru lura għall-2014, kienu nbdew wara allegazzjonijiet li saru minn Daphne Caruana Galizia lili Mizzi allegatament kellu relazzjoni ma’ Gambin.
Kemm Mizzi u martu Sai, kif ukoll Gambin fetħu kawżi ta’ libell separati kontra Caruana Galizia.
F’Novembru tal-2021, il-Qorti semgħet kif il-partijiet kienu qed jesploraw il-possibilità ta’ ftehim barra l-Qorti mal-werrieta ta’ Caruana Galizia.
Madanakollu l-kawżi komplew għaddejjin u s-sentenza ngħatat il-Ġimgħa mill-Maġistrat Victor George Axiak.