Sunday, November 24, 2024

Konsistenza fl-istħarriġ… Għad hemm eluf li jridu jkunu konvinti

Aqra wkoll

It-tielet ġimgħa tal-kampanja elettorali kompliet iżżomm b’saħħithom il-fiduċja fil-Prim Ministru, Robert Abela u l-Partit Laburista.

Fl-istħarriġ ta’ din ilġimgħa, li inkludiet ukoll l- ewwel dibattitu bejn iż-żewġ mexxejja, kien hemm żieda fil-fiduċja fil-Prim Ministru meta mqabbel mal-ġimgħa li għaddiet u anke żieda fl-appoġġ lill-Partit Laburista.

B’ċaqliq li hu marġinali wieħed jasal għall-konklużjoni li hemm konsistenza fl-istħarriġ tal-opinjoni pubblika bil-kampanja elettorali sservi biex il-Partit Laburista jżomm sod l-appoġġ u l-Partit Nazzjonalista ftit li xejn għamel differenza sal-lum. 

Dan fl-istess ħin li għad hemm eluf ta’ persuni li jridu jkunu konvinti.

Sport