Żewġ kumpaniji mill-Arabja Sawdija u l-Qatar se jingħaqdu f’konsorzju fit-tentattiv li jixtru l-club ta’ Liverpool fejn huma lesti li jħallsu lis-sidien, Fenway Sports Group, is-somma ta’ £4 biljun.
It-taħditiet bejn il-partijiet konċernati bdew f’dawn l-aħħar ġimgħat u jidher li se jkun hemm qbil biex il-konsorzju mil-Lvant Nofsani jieħu t-tmexxija tal-club minn Merseyside.
U meta fadal xahar ieħor biex jiftaħ is-suq tat-trasferiment ta’ Jannar, il-coach Jurgen Klopp, għandu lista ta’ players li jixtieq jinkludi fl-iskwadra biex ikun jista’ jikkompeti fil-UEFA Champions League meta fi Frar li ġej se jilagħbu kontra Real Madrid.