Thursday, April 18, 2024

Gabriel Jesus mistenni jdum barra tliet xhur mill-azzjoni

Aqra wkoll

L-attakkant ta’ Arsenal, Gabriel Jesus, mistenni jdum barra mill-azzjoni għal mill-inqas tliet xhur wara li sofra injury mal-Brażil fit-telfa ta’ 1-0 kontra l-Kamerun.   

Għaldaqstant huwa se jitlef il-kumplament tat-Tazza tad-Dinja wara li weġġa’ l-irkoppa liema injury kienet hija aktar gravi milli kien maħsub. 

Il-leaders tal-Premier League Ingliż, Arsenal, jistgħu jibqgħu mingħajr dan il-player sa mill-inqas Marzu biex ħadu daqqa ta’ ħarta fit-tentattiv li jkomplu jisfidaw għar-rebħ tal-kampjonat. 

Fil-partita ta’ nhar il-Ġimgħa kontra l-Kamerun, Jesus ġie sostitwit fit-tieni taqsima. Din kienet l-ewwel darba li kien inkluż fil-formazzjoni inizjali wara li fil-partiti preċedenti, dawk kontra s-Serbja u l-Isvizzera, ġie utilizzat bħala sostitut. 

Jesus kien qed jimpressjona għall-Gunners fejn skorja wkoll goals importanti u deċiżi iżda issa l-coach, Mikel Arteta, se jkollu jgħaddi mingħajr il-player ta’ 25 sena … sa Marzu.

Ekonomija

Sport