Konsorzju mill-Qatar qed jipprepara biex jixħet l-offerta tiegħu biex jixtri l-club ta’ Mancehster United.
F’Novembru li għadda, is-sidien tal-club jiġifieri l-familja Amerikana Glazer, żvelaw li kienu lesti li jisimgħu offerti għal xiri jew inkella investiment fil-club.
Għadd ta’ gruppi esprimew interess li jixtru lill-United, li jistgħu jinxtraw għal prezz rekord dinji – għal aktar minn £6 biljuni.
L-interess ewlieni ġej mil-Lvant Imbiegħed, il-Lvant Nofsani u l-Istati Uniti b’Raines Group, il-bank merkantili inkarigat bil-bejgħ.
Il-biljunarju Ingliż Sir Jim Ratcliffe, li hu partitarju ta’ Manchester United esprima l-ideat tiegħu li jrid jixtri l-club.
Iżda grupp ta’ investiment ibbażat fil-Qatar se jagħmel offerta biex jixtri lill-club.
Ir-rapport jgħid li “grupp ta’ individwi privati ta’ ġid kbir ibbażati fl-istat għani taż-żejt, imsaħħa mill-organizzazzjoni tat-Tazza tad-Dinja mill-Qatar, xeħtu l-attenzjoni fuq” il-club ta’ Old Trafford.
L-offerta mistennija ssir fil-jiem li ġejjin qabel l-iskadenza ta’ nofs Frar stabbilita mill-Glazers.
Il-grupp ta ‘investiment jingħad li huwa kunfidenti li l-offerta tagħhom se tkun l-aqwa waħda u jridu jagħtu spinta sinifikanti lill-manager Erik ten Hag fis-suq tat-trasferimenti.
Dan il-konsorzju qed isostni wkoll li jrid jibni Old Trafford mill-ġdid.