Saturday, November 16, 2024

Konsorzju mmexxi minn Todd Boehly jirbaħ it-tellieqa biex jixtri lil Chelsea

Aqra wkoll

Konsorzju mmexxi minn Todd Boehly rebaħ it-tellieqa biex jixtri lil Chelsea, u qabeż offerta li saret tard minn Sir Jim Ratcliffe.

F’ġurnata ta’ diversi żviluppi, il-konsorzji mmexxija minn Sir Martin Broughton u Stephen Pagliuca intqal li ġew infurmati mill-bank Amerikan Raine Group li ma kinux se jitressqu bħala l-offerent preferut.

Dak iż-żmien, deher li Boehly kien se javvanza mingħajr oppożizzjoni, iżda n-negozjant Brittaniku Ratcliffe żvela li kien lest li jħallas £4.25 biljun – bil-bosta l-akbar proposta fuq il-mejda – biex laħaq dan il-ftehim.

Madankollu, jidher li Boehly se jkun rakkomandat bħala l-kandidat ewlieni.

Boehly issa jidher li se jitressaq għall-approvazzjoni tal-Gvern Ingliż, filwaqt li għandu jkun hemm perjodu ta’ esklussività fi sforz biex jimbotta ftehim kemm jista’ jkun malajr.

Kif inhi s-sitwazzjoni bħalissa, Chelsea mhumiex kapaċi jaħdmu b’mod normali, inkluż fuq in-naħa tal-football fejn players ma jistgħux jinxtraw, jinbiegħu jew ikollhom kuntratti negozjati mill-ġdid.

Ekonomija

Sport