Wednesday, November 20, 2024

Konsulent ta’ Zelensky jgħid li nqatlu 13,000 suldat Ukren mill-bidu tal-invażjoni Russa

Aqra wkoll

Mill-bidu tal-invażjoni Russa, inqatlu xejn inqas minn 13,000 suldat Ukren. Dan qalu Mykhailo Podolyak, konsulent tal-President Ukren Volodymyr Zelensky.

La l-Ukrajna u wisq inqas ir-Russja m’għandhom it-tendenza li joħorġu ċ-ċifri tal-vittmi, u l-kummenti tas-Sur Podolyak ma ġewx ikkonfermati mill-militar Ukren.

Podolyak qal li f’Ġunju li għadda bejn 100 u 200 suldat Ukren kienu qed imutu kuljum. Sadanittat, ix-xahar li għadda, ġeneral anzjan tal-Istati Uniti, Mark Milley, qal li madwar 100,000 suldat Russu u 100,000 Ukren kienu nqatlu jew indarbu sa mill-bidu tal-gwerra.

F’indirizz permezz ta’ filmat matul il-jum tal-Erbgħa, Il-President tal-Kummissjoni Ewropea Ursula von der Leyen qalet li nqatlu 100,000 suldat Ukren. Madankollu, kelliem għall-Kummissjoni aktar tard iċċara li dan kien żball u li ċ-ċifra kienet qiegħda tirrefera għal dawk kemm maqtula kif ukoll dawk midruba. 

Sport