Monday, December 23, 2024

“Kont ilni ngħidlu, għax jien kont il-vuċi tiegħek il-gvern qiegħed iċedi l-miżuri”

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Waqt diskors minn Ħal Kirkop, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech qal li l-partit tiegħu jrid futur aħjar u jaħseb fil-ġid komuni. 

Huwa qal li l-Partit Nazzjonalista kapaċi jgħinek twelled il-ħolm tiegħek. Qal li hu ma jistenniex il-grazzi, għaliex ix-xogħol tal-politiku huwa li jservi u lijagħmel il-ġid.

Grech qal ukoll li hu kien ilu jgħid li l-gvern ma kellux idaħħal miżuri mingħajr bżonn, u issa għaliex hu kien il-vuċi tal-poplu, qegħdin nisimgħu bl-aħbarijiet ta’ aktar rilaxx tal-miżuri.

Huwa tenna jgħid li nies mil-lokalità ta’ Ħal Kirkop talbuh biex jitkellem bit-tama li jkun hu li jagħti lura l-libertà li hemm bżonn.

“Il-mixja hija iebsa imma magħkom din il-mixja se ssir iżjed possibbli. Jien miegħek u inti miegħi għal Malta aħjar. Fis-26 ta’ Marzu ġib il-bidla u dakinhar ikun il-bidu li flimkien inġibu l-bidla għall-pajjiżna fil-ħames snin li ġejjin”, temm jgħid Grech.

Ekonomija

Sport