“Kont perpless b’dan il-verdett… imma wkoll b’dak li ġara wara l-verdett”- l-eks Prim Ministru Joseph Muscat

Aqra wkoll

“Dan kien delitt imma wkoll verdett illi jimmarkaw lill-pajjiż fil-passat, preżent u fil-futur. Immarkawh b’dak li ġara, immarkawh fir-reazzjoni tagħna wkoll.

“Il-verdett l-ewwel punt tiegħu huwa li rridu nirrispettaw il-kors tal-ġustizzja u d-deċiżjoni. Ma jfissirx li ma jsirx skrutinju ta’ din id-deċiżjoni. Nirrispetta l-verdett imma nista’ nikkritikah ukoll il-verdett…”

“X’naħseb? Kont perpless b’dan il-verdett… bil-verdett imma wkoll b’dak li ġara wara l-verdett. La kien daqshekk b’saħħtu każ dakinhar aħseb u ara llum disa’ snin wara bid-dettalji kollha li ħarġu”.

“Iżda s-soċjeta għandha regoli tagħha … li tgħallimniha bl-amment “ir-rule oflaw” imma jidher li hawn min jirepetiha u ma nafux xi tfisser”

“Ir-regoli ma jistgħux jgħoddu meta r-riżultat jogħġobna biss. Ir-regoli huma regoli. Rule of law tagħti d-dritt ta’ ġuri”

Dan kollu ddikjarah l-eks Prim Ministru Joseph Muscat waqt konferenza tal-aħbarijiet li qed jindirizza bħalissa. Aktar aġġornammenti mal-ħin …

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here

Sport