Sunday, December 22, 2024

Kontra l-Awstralja Lionel Messi se jilgħab l-1,000 partita tal-karriera

Aqra wkoll

Fil-partita kontra l-Awstralja valida mir-round tal-Aħħar 16, l-attakkant tal-Arġentina Lionel Messi se jilgħab l-1,000 partita tal-karriera tiegħu. 

Din se tkun il-169 logħba mat-team nazzjonali wara li lagħab 778 darba għal Barcelona u 53 għal Paris St Germain. 

Jekk l-Arġentina jitilfu, tkun l-aħħar darba li l-player ta’ 35 sena jilgħab fit-Tazza tad-Dinja.

Il-players Awstraljani huma konxji tal-qawwa u t-theddida ta’ Messi.

“Irridu nkunu attenti għal kollox. Kulħadd jaf il-kwalitajiet ta’ Messi u bħalissa bħal donnu reġa’ sab il-forma tiegħu. Iżda l-pjan tagħna mhuwiex biss biex inwaqqu lilu,” qal id-difensur tal-Awstralja, Harry Souttar. 

“Aħna konxji wkoll li Messi huwa l-makna tat-team Arġentin u rridu nsibu mezz biex din il-makna tieqaf taħdem.”

S’issa, f’din l-edizzjoni Messi skorja żewġ goals iżda ra penalty salvat kontra l-Polonja. 

Ekonomija

Sport