Thursday, December 26, 2024

“Konxji mill-obbligazzjonijiet … imma se tkun l-Ewropa li tiddeċiedi mhux it-traffikanti”

Ursula von der Leyen u Giorgia Meloni jżuru Lampedusa

Aqra wkoll

Il-President tal-Kummissjoni Ewropea Ursula von der Leyen, żaret ċentru tal-immigranti fil-gżira Taljana ta’ Lampedusa, wara li l-Prim Ministru tal-pajjiż talbet għall-għajnuna mingħand l-Unjoni Ewropea dwar il-wasliet tal-immigranti. F’dawn l-aħħar tlitt ijiem, aktar minn 8,000 immigrant waslu fuq din il-gżira.

Il-Prim Ministru Giorgia Meloni saħqet li l-Italja tpoġġiet taħt “pressjoni” li mhix sostenibbli. Min-naħa tagħha, il-President tal-KE von der Leyen irrikonoxxiet li l-kwistjoni kienet “sfida Ewropea u teħtieġ risposta Ewropea.”

F’konferenza tal-aħbarijiet li indirizzat ma’ Meloni, hija faħħret lill-poplu ta’ Lampedusa għall-appoġġ li taw lill-immigranti li qalet li waslu fil-gżira “sempliċiment minħabba l-post fejn tinsab.” Hija wiegħdet li żżid l-appoġġ għat-trasferimenti tal-immigranti barra minn Lampedusa kif ukoll li żżid l-isforzi kontra t-traffikanti tal-bnedmin li ppermettew vjaġġi perikolużi u illegali. Hija ċċarat li minkejja li hemm obbligazzjonijiet, se tkun tkun l-Ewropa li tiddeċiedi min jidħol fiha u taħt liema ċirkostanzi u mhux it-traffikanti.

Min-naħa l-oħra, Meloni qalet li l-problema ma setgħetx tissolva mill-Italja waħedha, u dan għaliex qiegħda taffettwa wkoll il-fruntieri, u pajjiżi oħra.

Nhar is-Sibt li għadda, il-katavru ta’ tarbija tat-twelid ġie rkuprat minn fuq waħda mid-dgħajjes tal-immigranti. “Huwa maħsub li l-omm welldet waqt il-vjaġġ mill-Afrika ta’ Fuq,” irrapportat l-aġenzija tal-aħbarijiet Ansa, u l-mewt tat-tarbija qed tiġi investigata.

Ekonomija

Sport