Tuesday, December 24, 2024

Koppja Awstraljana jiċċelebraw il-miraklu tal-ħajja wara 13-il sena jippruvaw għal tarbija

Maria Azzopardi
Maria Azzopardi
Ġurnalista

Aqra wkoll

Koppja Awstraljana tinsab fis-seba’ sema hekk kif proprju ftit tal-jiem qabel il-Milied huma laqgħu fi ħdahom lil binhom.

Il-koppja Carissa Morris ta’ 33 sena u żewġha Dave ta’ 32 sena ddeskrivew dan bħala l-miraklu tal-ħajja minħabba l-fatt li kienu ilhom 13-il sena sħaħ jippruvaw biex ikolhom tarbija. 

Dawn it-13-il sena xejn ma kienu faċli għal din il-koppja li tassew xtaqu li jsiru ġenituri. Matul dawn is-snin Carissa sofriet minn tmien korrimenti ta’ qsim il-qalb.

Għal snin twal huma pruvaw biex ikollhom tarbija b’mod naturali iżda dan il-pjan qatt ma seħħ hekk kif meta kienet tinqabad tqila, it-tqala sfortunatament qatt ma damet iktar minn sitt ġimgħat.

Iżda issa wara dawn is-snin kollha, permezz tal-IVF, huma setgħu jilqgħu lit-tifel tagħhom Oliver u żgur li għalihom dan kien rigal kbir. 

Huma qattgħu l-Jum tal-Milied l-isptar hekk kif Oliver kellu xi problemi bin-nifs ftit wara li twieled tant li kellu jiġi intubat immedjatament. 

Tistqar li kienet xi ħaġa emozzjonanti l-fatt li setgħet iżżomm lil Oliver għall-ewwel darba u l-koppja issa tħares ‘il quddiem biex jieħdu t-tarbija tagħhom id-dar ladarba jkun b’saħħtu biżżejjed. 

Ekonomija

Sport