Friday, December 20, 2024

Koppja li ilhom flimkien 60 sena ifiqu mill-Covid-19

Aqra wkoll

Minn ANTHEA CACHIA

Koppja Ingliża, li ilhom miżżewġin aktar minn 60 sena, ħarġu mill-isptar wara li rnexxielhom jegħlbu l-Covid-19 flimkien. 

Infermiera fl-isptar fejn din il-koppja kienu qed jiġu rikoverati qalu kif Michael England, li kellu 91 sena, kull filgħodu kien iqum kmieni u jilbes ta’ malajr biex imur iżur lil martu Gillian, li għandha 88 sena. Għaldaqstant, sakemm tiġi t-terapista biex tarah, kienu jilħqu jieħdu bela’ te flimkien u ma kinux joqgħodu mingħajr ma jżommu idejn xulxin.

Illum il-ġurnata se jkomplu t-triq għall-fejqan minn darhom stess u filwaqt li rringrazzjaw lit-tobba u infermiera kollha talli għenuhom biex ifiequ, Michael qal, “l-ewwel nett, irrid li nirkupra sew biex inkun nista’ nieħu ħsieb lil marti.”

Ekonomija

Sport