Saturday, May 4, 2024

Arrigo b’attakk aħrax kontra Comodini Cachia; Jippubblika siltiet minn imejl fejn talbet ir-riżenja tat-tmexxija tal-PN

Aqra wkoll

Id-Deputat Mexxej Nazzjonalista għall-Affarijiet tal-Partit Robert Arrigo ppubblika siltiet minn imejl li allegatament intbagħtet mid-Deputata Nazzjonalista Therese Comodini Cachia fi Frar li għadda, fejn fiha hija talbitu jirriżenja flimkien mal-kumplament tat-tmexxija tal-Partit.

Intant nhar it-Tnejn li għadda waqt il-programm “Realtà”, Comodini Cachia, li effettivament inħatret bħala l-kap tal-grupp ta’ ribelli li qed jisħqu li Adrian Delia għandu jirriżenja, qalet li hija qatt ma talbet lil Arrigo biex jitlaq mill-partit. Fl-istess waqt hija ma eskludietx li Arrigo seta’ interpreta ittra mibgħuta lilu f’dak is-sens.

Intant fil-kumment tiegħu Arrigo qal li Comodini Cachia ma kinitx qed tgħid il-verità, u ppubblika siltiet mill-imejl inkwistjoni.

Huwa attakka lid-Deputata Nazzjonalista u qal li l-kilba għall-poter hija daqstant kbir u li issa hija anke perikoluża.

L-ittra ta’ Comodini CAchia kienet intbagħtet fl-eqqel ta’ kriżi tat-tmexxija tal-Partit Nazzjonalista li kellha l-bidu tagħha wara survey tal-gazzetta Malta Today.

Sport