Sunday, May 19, 2024

Daqt ippubblikata l-istrateġija dwar it-tibdil fil-klima

Aqra wkoll

Il-Ministru għall-Ambjent, Tibdil fil-Klima u Ippjanar Aaron Farrugia iddikjara fil-Parlament li waslet biex tiġi ippubblikata l-istrateġija b’rabta mat-tibdil fil-klima.

Huwa u jitkellem waqt il-ħin tal-mistoqsijiet parlamentari fuq il-ħidma li l-Gvern qed jagħmel f’dan il-qasam, Farrugia spjega kif sa Diċembru din se tkun finalizzata ħalli mbagħad tibda tiġi implimentata.

Farrugia fakkar kif bl-iffirmar tal-Ftehim ta’ Pariġi pajjiżna huwa obbligat li sal-2050 jara li jelimina d-dijossidu tal-karbonju ħalli l-arja ma tkunx imniġġsa.

Huwa kien mistoqsi wkoll dwar id-drenaġġ fil-Qammiegħ, limiti tal-Mellieħa, fejn qal li se jkellem lill-Ministru għall-Enerġija u l-Immaniġġjar tal-Ilma Michael Farrugia biex din il-problema tiġi solvuta darba għal dejjem.

Dwar l-iskart semma kif il-Gvern għaddej b’ħidma biex kemm jista’ jkun dan jinbidel f’riżorsa, fosthom f’elettriku lid-djar fl-inħawi tal-impjant li jittrattah, waqt li l-iskart organiku jmur bħala kompost għall-bdiewa.

Sport