Monday, December 23, 2024

Koppja Maltija lura lejn pajjiżna wara 151 ġurnata “inspjegabbli”

Aqra wkoll

“Dak li tista’ tagħmel illum, tħallihx għal għada” u “segwi l-ħolm tiegħek” huma żewġ frażijiet li taw motivazzjoni lil koppja Maltija biex twettaq vjaġġ li hija stess kienet sejħet bħala “inspjegabbli”.

Għal koppja Norbert u Stephanie żgur u mhux forsi li din is-sena għandha tifsira differenti minn snin oħra hekk kif wettqu avventura liema bħala li fost l-oħrajn matulha il-koppja għażlu li jorqdu man-nies tal-lokal u jorqdu ġewwa hostels minflokk xi appartament jew lukanda.

Issa li għaddew ħames xhur kważi ma jistgħux jemmnu li waslet il-ġurnata li jirritornaw lura mill-ġdid ġewwa Malta.  Huma fil-fatt ammettew li se jirritornaw sodisfatti u bi tbissima kbira wara li matul dan il-perjodu tal-vjaġġ tagħhom żaru xejn inqas minn 15-il pajjiż. Meta kkunsidaw diversi fatturi, raw li jkun aħjar li jirritornaw Malta.

Il-koppja ammettiet li xejn ma jagħmilhom ferħana mill-fatt li laħqu tragward fil-ħajja u rnexxielhom iwettqu l-ħolma tagħhom li jagħmlu avventura mimlija esperjenzi indimendikabbli.

Ovjament ammettew ukoll li mhux kull sitwazzjoni kienet faċli u kienu preparati għal din l-eventwalità tant li dejjem kellhom imħejji pjan alternattiv. Dan għaliex, f’esperjenzi bħal dawn huwa ferm importanti li tkun flessibbli biex f’każ ma jaħdimx l-ewwel pjan li tkun pjanajt, tgħaddi għat-tieni pjan.

Il-koppja rringrazzjat lil dawk kollha li wrew is-sapport tagħhom sa mill-ewwel ġurnata ta’ dan il-vjaġġ meraviljuż u lil dawk kollha li ltaqgħu matul din l-avventura. Ma naqasx ukoll ringrazzjament għan-nies tal-lokal li aċċettawhom u għenuhom biex iħossuhom daqslikieku kienu d-dar.

Jekk tixtieq issegwi l-intervista li dan is-sit għamel ma’ din il-koppja meta kienu viċin il-150 jum tal-avventura tal-ħolm tagħhom, agħfas hawnhekk.

Ekonomija

Sport