Wednesday, February 11, 2026

Koppja minn Firenza wara 62 sena miżżewġin… imutu 3 sigħat wara xulxin

Aqra wkoll

Alfiero u Maria kienu ilhom miżżewġin 62 sena. Dejjem flimkien. Alfiero kellu 95 sena u martu 86 sena. Kellhom żewġt itfal, u tlett neputijiet.

Fil-belt ta’ Firenze fl-Italja fl-aħħar ġranet kulħadd kien qiegħed jitkellem dwar din il-koppja. Kien fis-6 ta’ Frar li għadda meta għall-ħabta tas-6.00am miet Alfiero. Martu Maria żammitlu idejh sakemm ħa l-aħħar nifs. 

Iżda ftit minuti wara l-mewt ta’ żewġha, Maria bdiet sejra lura u kien fid-9.30am tal-istess ġurnata li mietet hija wkoll.

Dun Marcial, il-Kappillan tal-Parroċċa ta’ Luco di Mugello fil-Provinċja ta’ Firenze qal li “dak li seħħ messlu qalbu u anke mess tant nies…” Jgħid li Maria kienet irrealizzat li żewġha Alfiero kien miet… “kienet qiegħda żżomlu idejh il-ħin kollu, iżda ftit tal-minuti wara waqfet qalb Maria li ma felħitx għal mewt ta’ żewġha,” jgħid il-kappillan. 

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport