Koppja Rumena tinżamm arrestata dwar akkużi ta’ pickpocketing mill-Belt

Aqra wkoll

Koppja Rumena baqgħet tinżamm arrestat wara li tressqet il-Qorti għat-tieni darba fi fti tjiem. Il-koppja ġiet akkużata b’pickpocketing mill-Belt. 

Sandu Marius ta’ 44 sena u Lucica Ivanciv ta’ 43 sena wieġbu mhux ħatja tal-akkużi kontrihom li jinkludu li serq minn fuq anzjani fil-Belt. 

Kien ftit inqas minn ġimgħa ilu li l-koppja Rumena ngħatat sentenza ta’ sentejn ħabs sospiżi għal erba’ snin. Din id-darba d-difiża ma talbitx għal ħelsien mill-arrest.

Il-prosekuzzjoni spjegat li l-Pulizija rat filmati tas-CCTV fil-Belt Valletta u ikkonkludiet li l-każi ta’ serq kienu allegatament qed iseħħu minn Marius u Ivanciv u jidher li dawn kienu qed isibu vittmi anzjani, jiftħulhom l-handbags u jeħdulhom flus kontanti u cards tal-bank qabel mal-anzjani jintebħu.

F’każ minnhom jidher li allegatament il-cards intużaw fi ħwienet fi Pjazza Tritoni. 

Il-Prosekuzzjoni qalet ukoll li l-Pulizija l-ewwel li arrestat kienet lill-mara li nstabet fil-bini tal-Qorti stess u ġiet skortata sar-residenti tal-koppja f’San Ġwann fejn hemmhekk sabu lir-raġel u arrestawh.

Fi tfittxija fir-residenza tagħhom f’San Ġwann instabu oġġetti marbuta mas-serq li allegatament wettqu din il-koppja Rumena.

Għall-akkużati dehru l-Avukati Franco Debono u Adreana Zammit.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here

Sport