Thursday, December 26, 2024

Korea t’Isfel: Il-kandidat konservattiv Yoon Suk-yeol elett President

Claudio Coleiro
Claudio Coleiro
Ġurnalist

Aqra wkoll

Il-Korea ta’ Isfel għażlet kandidat konservattiv tal-oppożizzjoni, Yoon Suk-yeol, bħala l-president li jmiss tal-pajjiż.

Yoon kiseb rebħa fl-elezzjoni fuq Lee Jae-myung tal-Partit Demokratiku fuq wegħdi li se jrażżan l-inugwaljanzi li jeżistu bejn il-klassijiet. 

Huwa sejjaħ ir-rebħa tiegħu bħala “rebħa kbira għall-poplu tal-Korea ta’ Isfel.” Ir-riżultat però kienet wieħed qrib ħafna, bl-aħħar għadd ikun separat b’inqas minn 1%. 

Kmieni l-Ħamis filgħodu, Yoon indirizza lill-partitarji fiċ-ċerimonja tar-rebħa tiegħu fejn qal li jagħti iżjed attenzjoni għall-għajxien tan-nies filwaqt li jipprovdi aktar servizzi ta’ benesseri lil dawk fil-bżonn. 

Iż-żewġ kandidati presidenzjali tqiesu bħala “mhux popolari ħafna” matul il-kampanja. Minkejja dan, l-elezzjoni ta’ nhar l-Erbgħa li għadda rat xejn inqas minn 77% tal-votanti eleġibbli li tefgħu l-vot.

Fost it-tħassib ewlieni tal-votanti kien hemm iż-żieda fil-prezzijiet tal-proprjetà, it-tkabbir ekonomiku stagħġnat, il-qgħad fost iż-żgħażagħ u l-inugwaljanza bejn is-sessi. 

Ekonomija

Sport