Il-Prim Ministru u l-Ministru għall-Intern ifaħħru lill-Korp tal-Pulizija tal-livell qawwi ta’ kompetenza
Il-Prim Ministru ta’ Malta Robert Abela sostna li l-membri fi ħdan il-Korp tal-Pulizija u l-familji tagħhom jistħoqqilhom l-ikbar rispett tagħna. Dan wara l-iżviluppi kbar mill-Pulizija ta’ Malta matul l-operazzjoni tal-lum. Il-Prim Ministru qal li dan l-avvanz jipprova li l-forza tal-Pulizija tagħna hija magħmula minn uffiċjali ħabrieki li jistinkaw biex iservu u jipproteġu lin-nies tagħna.
Intant, il-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-liġi Byron Camilleri qal li ma tgħaddix ġurnata li l-Korp tal-Pulizija ma jurix il-livell qawwi ta’ kompetenza li għandu fi ħdanu. “Dan Korp tal-Pulizija li jaħdem. Ħaqqu kull appoġġ. Ħaqqu l-grazzi tal-poplu Malti,” sostna l-Ministru Camilleri.