Sunday, October 20, 2024

RITRATTI: Min hu Daniel Muka?

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Ritratti: ROGER AZZOPARDI

L-Albaniż li ġie arrestat ftit tal-ħin ilu fil-Furjana b’rabta mad-delitt doppju f’Tas-Sliema huwa magħruf sew mal-Pulizija. 

Lura f’Ottubru tal-2017, Daniel Muka kien tressaq il-Qorti mixli bl-attentat ta’ qtil ta’ tliet uffiċjali tal-pulizija u kkaġuna ġrieħi ħfief lil tnejn minnhom, li kellu fuqu arma tan-nar mingħajr permess u li kellu l-kokaina.

Daniel Muka kien akkużat ukoll b’serqa mill-ħanut tal-ġojjelli “Diamonds International” li seħħet fil-5 ta’ Ottubru 2017 f’Tignè Point, Tas-Sliema. B’rabta ma’ dan il-hold-up kienu tressqu ħuħ Begtash Muka u Artan Coku, wkoll ta’ nazzjonalità Albaniża.

YouTube video

Sport