Monday, December 23, 2024

Korsijiet ġodda bla ħlas online għall-edukaturi u l-ġenituri

Aqra wkoll

Minkejja l-imxija tal-Covid-19 u l-fatt li l-iskejjel jinsabu magħluqa minħabba d-direttivi tal-awtoritajiet tas-saħħa, l-edukazzjoni f’Malta baqgħet għaddejja b’ritmu tajjeb grazzi għal lezzjonijiet online. Dan jibgħat messaġġ ċar, dak li t-tagħlim ma waqafx.

Il-Ministru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol Owen Bonnici ħabbar li kien fadlilhom żewġ gruppi li riedu jagħtuhom tagħlim online – l-edukaturi nfushom u l-ġenituri. B’hekk għal dawn iż-żewġ gruppi se jkunu qed jiġu offruti lezzjonijiet online b’xejn bis-saħħa tal-Istitut tal-Edukazzjoni u li bihom se jkun hemm numru ta’ benefiċċji.

Huwa qal, “Nixtiequ verament li kull persuna f’pajjiżna, inkluż l-edukaturi u l-ġenituri, ikunu parti mid-dinja fantastika tat-tagħlim u tat-tagħlim online. Konvinti li nkunu nistgħu nilħqu iktar nies biex inkomplu jitħarrġu u jitgħallmu.” Il-Ministru qal li jridu jwasslu messaġġ li minkejja l-mod ta’ kif jingħata t-tagħlim inbidel, dan ma waqafx.

Il-Ministru spjega li għall-edukaturi nfushom din hija opportunità tad-deheb biex waq tli jkomplu jagħtu tagħlim lil uliedna u ulied uliedna, huma nfushom ikunu jistgħu jitgħallmu wkoll permezz ta’ numru ta’ korsijiet li bihom ikunu jistgħu jkomplu jimxu ‘l quddiem fil-karriera tagħhom. L-edukaturi huma u jagħmlu s-sessjoni għandhom ċans japplikaw għall-Accelerated Progression Scheme li jfisser li jekk tieħu dawn il-korsijiet jissarfu f’iktar sigħat ta’ taħriġ li jkunu għamlu. 

Għall-ġenituri se jkun hemm diversità kemm għal dawk li għandhom tfal fil-primarja kif ukoll fis-sekondarja filwaqt li hemm sessjonijiet komuni għat-tnejn. Min jixtieq informazzjoni dwar il-korsijiet għall-ġenituri għandu jfittex fuq l-internet bil-frażi “IFE24/2020” u min hemm jinżel id-dokumineti tal-ista tal-korsijiet kollha li qed jingħataw. Dawk l-edukaturi li jixtiequ aktar informazzjoni jistgħu jfittxu bil-frażi “IFE25/2020” fejn minn hemm wieħed jikseb aktar informazzjoni. Min jixtieq ukoll jista’ jżur il-paġana tal-Istitut tal-Edukazzjoni jew fuq il-website “Institute of Education”

Ekonomija

Sport