Thursday, November 14, 2024

Kosta Runjaic qed jiġbed l-attenzjoni ta’ bosta clubs

Aqra wkoll

Bħalissa l-coach ta’ Udi­nese, Kosta Runjaic, jin­sab fuq fomm kulħadd fl-Italja, hekk kif bħalissa jinsabu fil-quċċata tal-klassifika wara li nhar it-Tnejn irkupraw żvantaġġ ta’ żewġ goals u għelbu lil Parma bl-iskor ta’ 3-2.

Il-coach ta’ 53 sena, li għandu nazzjonalità Ġermaniża minkejja li twieled fi Vjenna, ġie mqabbad minn Udinese f’Ġunju li għadda, wara li tkeċċa fit-tieni staġun tiegħu mill-club Pollakk ta’ Legia Warsaw.  

Il-wasla ta’ Runjaić fid- Dacia Arena mmarkat l-ewwel esperjenza tiegħu bħala coach fl-ewwel diviżjoni ta’ wieħed mill-aqwa ħames kampjonati Ewropej.

Esperjenzi  preċedenti fi Duisburg, Kaiserslautern, u 1860 Munich kienu kollha ma’ clubs Ġermaniżi jilagħbu fit-tieni livell.

Runjaic xejn ma kien magħ­ruf meta Udinese idde­ċidew li jafdawlu t-tmexxija tat-team f’Ġunju li għadda wara li l-Bianconeri bidlu  tliet coaches fi staġun wieħed hekk kif kienu qed jiġġieldu għas-salvazzjoni.  

Minkejja li matul is-sajf li għadda Udinese ftit li xejn kienu attivi fis-suq tat-trasferimenti, Runjaic addatta l-istil offensiv biex it-team qed jiggwadanja minnu. 

Huwa qed jiġi segwit minn bosta clubs bil-konsegwenza li f’Ġunju jista’ jħalli lill-Friulani. 

Ekonomija

Sport