Sunday, December 22, 2024

Kritika lil membri tal-familja rjali Ingliża wara li kisru miżuri tal-Covid-19

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Miktub minn Carmen Cachia 

Membri tal-familja rjali ġew ikkritikati wara li kien hemm rapporti u ritratti li juru li kienu qegħdin jiksru l-miżuri imposti mill-awtoritajiet tas-saħħa tal-Covid-19.

Dawn il-personalitajiet rinomati, inkluż id-Duka u d-Dukessa ta’ Cambridge u t-tfal tagħhom, f’dawn ir-ritratti jingħad li jidhru mexjin viċin ħafna ta’ xulxin u familji oħra fi ġnien. 

Skont il-ġurnal lokali Mail Online, il-Prinċep William u l-familja tiegħu kienu mexjin ma’ zijuh – il-Prinċep Edward – u l-familja tiegħu waqt żjara li kellhom ħdejn ir-residenza tar-Reġina Eliżabetta, “Sandringham” f’Norfolk. 

Ir-ritratti juru li f’din l-okkażjoni partikolari, kien hemm aktar minn sitt persuni fil-grupp minħabba li ż-żewġ familji jammontaw għal aktar u xorta baqgħu mexjin viċin ħafna ta’ xulxin. Norflok jaqa’ fit-tieni livell ta’ restrizzjonijiet imposti fir-Renju Unit fejn in-numru massimu ta’ persuni li jkunu barra ma jistax jaqbeż is-sitta.

Viżitaturi li jkunu fl-istess post ta’ attrazzjoni li kienu dawn il-membri tal-familja rjali, huma mitluba biex jimxu ma’ din ir-regola. F’risposta għall-artiklu li deher, sors minn Sandringham qal lis-CNN li, “tul il-mixja ta’ 90 minuta, kien diffiċli biex inżommu liż-żewġ familji mifruda u dan b’mod speċjali f’postijiet fejn it-triq tidjieq”.

Ir-Renju Unit bħalissa għaddej minn mewġa oħra ta’ żieda fil-każijiet ta’ Covid-19 wara li skoprew li hemm varjant ieħor tal-virus li jinxtered ħafna aktar malajr. 

Ekonomija

Sport