Saturday, December 21, 2024

Kriżi ġdida mill-Covid-19… “Problemi ġodda ta’ saħħa f’dawk li fiequ”

Aqra wkoll

L-isptarijiet Maltin ippreparati sew biex jilqgħu għal dan

Minn Victor Vella

Waqt li  ħafna pajjiżi madwar id-dinja qed jikkumbattu l-imxija tal-Covid-19, b’xi wħud qed jaraw żidiet sostanzjali kuljum, qed iqum tħassib ġdida minn kriżi ġdida marbuta mal-Covid-19. Analiżi li għadha kif ġiet ippubblikata minn istituzzjonijiet xjentifiċi fl-Istati Uniti qegħdin jitkellmu fuq kriżi ġdida. Din qed tissejjaħ ‘il-post Covid syndrome’, 

Analiżi li saret min National Center for Biotechnology u c-Center for Disease Control and Prevention (CDC) fl-Istati Uniti sabu li ħafna pazjenti li irkupraw mill-infezzjoni tal-Covid19 qegħdin jiffaċċjaw  sintomi serji ta mard, li jista’ anke jwasslu għall-mewt. Fost dawn hemm dannu fil-qalb, problemi neurologiċi, problemi fil-pulmun jew pulmonary fibrosis, ‘chronic fatigue syndrome’ u anke dawk li jissejjħu ‘multi system inflammatory syndrome’ fit-tfal.

Sorsi qrib l-Isptar Mater Dei, meta tkellmu magħna, dwar dawn it-tip ta’ każijiet ġodda qalulna li “konxji tar-riċerka li qiegħda toħroġ. Hemm diversi studji u analiżi li qed ikunu studjati. L-istudji saru kemm fl-Ewropa u anke f’pajjiżi bħal Istati Uniti. Qed insegwu dak li għaddej mill-qrib u l-isptarijiet jinsabu ippreparati ukoll għal dak li hemm bżonn wara l-imxija. L-appell tagħna jibqa’ wieħed, dak li jittieħdu l-prekawzjonijiet kollha”.

Fil-fatt għadd ta’ pajjiżi madwar l-Ewropa qegħdin ukoll jippreparaw għal din is-sitwazzjoni. Mill-analiżi li saret mill-American Medical Association li saret fi Frankfurt fil-Ġermanja, instab li 78 fil-mija ta’ dawk li rkupraw mill-Covid-19, żviluppaw problemi fil-qalb. Intqal li dawn il-persuni kienu persuni b’saħħithom li kellhom bejn 40 u 50 sena. 

Studju li sarr mill-Università ta’ Edinburgh qed juri li xejn inqas minn 69 pajjiż f’sitt kontinenti, sabu li kien hemm  problemi fil-qalb jew affarijiet mhux normali f’55 fil-mija tal-pazjenti. Kien hemnm 15 fil-mija tal-pazjenti li nstab li kellhom ‘problemi severi fil-qalb’. Instab li dawn qatt ma kellhom problemi b’qalbhom qabel.

Qed jirriżulta ukoll li ħafna pazjenti li kienu infettati bil-Covid-19 kellhom jiddaħħlu l-isptar minħabba ‘Pulmonary fibrosis’.  Dawn qed ikollhom bżonn l-ossiġnu u dan se jkun qed ikollhom bżonnu minn żmien għal żmien.

Skont l-analiżi tal-American’ss National Institute of Health, qed ikun hemm ukoll persuni li fiequ u li dawn qed jesperjenzaw probelmi fis-sistema tan-nervituri, fis-sistema immunitarja  u anke fis-sistema metabolika. Dawn qed iwasslu għal każijiet ta’ ‘chronic fatigue syndrome’ , ‘Myalgic encephalomyelitis’.

F’kumment li għamel Dr Anthony Fauci, li hu wieħed mill-esperti fl-Istati Uniti fuq mard infettiv, qal li “l-pajjiżi jridu jikkunsidraw serjament li hemm ħafna pazjenti li qed jiffaċċjaw is-sintomi tal-ME. Dan mhux virus li tieħdu qisu xejn mhu xejn, anki f’persuni ta’ età żgħira.”  Sa issa għad mhux magħruf kif qed jiżviluppaw sintomi simili tal-ME f’persuni li kienu infettati bil-Covid-19.

Fejn jirrigwardja t-tfal, qed jingħad li kien hemm każi ta’ tfal li kienu infettati li wara żviluppatilhom il-‘Kawasaki Disease’.

Ekonomija

Sport