Wednesday, March 27, 2024

“Marda mingħajr spjegazzjoni” twaqqaf temporanjament it-testijiet tal-vaċċin tal-Università ta’ Oxford

Aqra wkoll

Studji tal-aħħar stadju ta’ kandidati li pparteċipaw fit-testijiet tal-vaċċin kontra l-Covid-19 tal-kumpanija AstraZeneca twaqqfu b’mod temporanju biex il-kumpanija tkun tista’ tinvestiga każ ta’ pazjent b’side effects serji.

Fi stqarrija l-kumpanija qalet li l-proċess ta’ reviżjoni wassal biex il-vaċċinazzjoni ta’ kandidati twaqqaf temporanjament biex tkun analizzata l-informazzjoni dwar is-sigurtà tal-vaċċin.

AstraZeneva ma żvelawx informazzjoni dwar il-problemi ta’ saħħa tal-pazjent u ddeskrivewha biss bħala “marda li potenzjalment m’għandhiex spjegazzjoni”.

Il-każ inkwistjoni seħħ fir-Renju Unit.

Fil-ġimgħat li għaddew AstraZenaca bdiet tagħżel mat-30,000 persna fl-Istati Uniti biex jieħdu sehem fl-akbar studju tal-vaċċin tagħha. Hija qed tittestja l-vaċċin, żviluppat mill-Università ta’ Oxford, fuq eluf ta’ persuni wkoll fir-Renju Unit, u fi studji iżgħar fil-Brażil u l-Afrika t’Isfel.

AstraŻenaca qalet li l-problema possibbli taf tkun waħda ta’ koinċidenza, b’diversi mard jafu jiġu rapportati fi studji li jsiru fuq eluf ta’ persuni.

Ekonomija

Sport