Sunday, November 24, 2024

Kruċjali li l-proċess tal-iSkills Card ma jkunx ta’ deterrent għall-ħaddiema u min iħaddimhom

L-ACE tiddiskuti dwar it-triq ’il quddiem lejn settur ta’ kwalità

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

F’pajjiżna huwa stmat li hawn 97,000 ħaddiem barrani li huma maqsumin f’36 fil-mija li ġejjin minn stati membri fl-Unjoni Ewropea (UE) u 63 fil-mija li huma ġejjin minn pajjiżi terzi. Minn fost dawk li ġejjin mill-UE hemm 11 fil-mija li qegħdin jaħdmu fil-qasam tal-akkomodazzjoni u s-servizzi tal-ikel u minn dawk ġejjin minn pajjiżi terzi hemm 15 fil-mija li qegħdin jikkontribwixxu f’dan l-istess qasam. Dawn iċ-ċifri jitkellmu waħidhom dwar il-pożizzjoni tal-Assoċjazzjoni Maltija tal-Catering f’pajjiżna (ACE) favur l-inizjattiva tal-iSkills Card. Iddikjarat dan il-President tal-ACE Michelle Muscat waqt diskussjoni informattiva b’rabta mal-inizjattiva tal-iSkills Card f’pajjiżna fejn diversi kelliema qasmu l-opinjoni tagħhom dwar dan is-suġġett u ddiskutew dwar it-triq ’il quddiem lejn settur li joffri aktar kwalità.

Muscat tkellmet dwar l-isfida kontinwa ta’ bilanċ bejn il-kwalità u l-kwantità u sostniet li din mhijiex biss sfida fejn jidħol is-servizz offrut, iżda anke t-turisti li pajjiżna qiegħed jattira u l-ħaddiema li qegħdin jidħlu għal dawn ix-xogħlijiet. Hija żiedet biex tgħid li irrispettivament jekk bħala assoċjazzjoni jaqblux jew le, hemm bżonn li tittieħed id-deċiżjoni li tmur lejn il-viżjoni tal-gvern li jattira aktar turist ta’ kwalità lejn pajjiżna u għax fuq kollox nemmnu li l-kwalità hija dik il-ħaġa li tista’ tiddistingwina bħala industrija u fuq kollox bħala nazzjon.

“Iżda fuq kollox issa l-iktar ħaġa importanti hija l-implimentazzjoni tal-inizjattiva għax bil-mod kif din se titħaddem se jkun qiegħed jiddetermina jekk finalment hijiex se tikkontribwixxi lejn industrija aktar ta’ kwalità”, tenniet Muscat filwaqt li spjegat li fil-proċess il-gvern irid ikun aktar sensittiv fejn jidħlu spejjeż addizzjonali li mistenni jkollu jaffaċċja l-operatur u jassigura li pajjiżna verament jattira aktar turist ta’ kwalità.

Sport