Saturday, December 28, 2024

Kuċċier bi ġrieħi gravi wara inċident fin-Naxxar

Aqra wkoll

Kuċċier ta’ 49 sena residenti n-Naxxar jinsab bi ġrieħi gravi, wara li lbieraħ għall-ħabta tal-4:00 p.m kien involut f’inċident tat-traffiku fil-limiti ta’ Baħar iċ-Ċagħaq fin-Naxxar.

Mill-ewwel stħarriġ li sar, irriżulta li għal xi raġuni l-kuċċier, waqa’ minn fuq ix-xarretta.

Tim mediku ta l-assistenza u r-raġel ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ekonomija

Sport