Friday, July 26, 2024

Passiġġier ta’ mutur bi ġrieħi gravi wara inċident f’Marsaskala

Aqra wkoll

Raġel kellu jiddaħħal l-Isptar wara li lbieraħ, għall-ħabta tat-8:15 p.m., kien involut f’inċident tat-traffiku fi Triq Sant Antnin f’Marsaskala.

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li passiġġier ta’ 27 sena residenti San Ġwann għal xi raġuni waqa’ minn fuq mutur Suzuki GSXR125 li kien qed jinstaq minn raġel ta’ 32 sena residenti San Ġiljan.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku sabiex jassisti lil passiġġier tal-mutur u ambulanza ħaditu l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ekonomija

Sport