Wednesday, December 25, 2024

“Kulħadd għandu d-dritt li jiddefendi lilu nnifsu u kulħadd ħaqqu proċess li huwa xieraq”

-Il-Messaġġ tal-Prim Ministru Robert Abela f'Kastilja

Aqra wkoll

“Il-proċess li għad irid jinbeda jrid ikollu għan wieħed, ir-retta ta’ amministrazzjoni tal-ġustizzja li jsir biss il-ħaqq u s-sewwa, kulħadd għandu d-dritt li jiddefendi ismu. Kulħadd ħaqqu proċess li hu wieħed xieraq”

Dan iddikjarah il-Prim Ministru Robert Abela waqt konferenza tal-aħbarijiet fil-Berġa ta’ Kastilja, hekk kif kien qiegħed jindirizza lill-midja dwar il-konċessjonijiet tal-Isptarijiet.

Fl-indirizz tiegħu, Abela qal li pajjiżna jgawdi mis-saltna tad-dritt u li fis-snin li għaddew, saru riform kbar u b’saħħithom biex dan seta’ jseħħ. B’referenza għall-inkjesta,li ingħalqet f’ħames snin, huwa qal li din suppost kellha tingħalaq f’sittin ġurnata.

Hawnhekk, il-PM saħaq li l-istess inkjesta ingħalqet mal-ftuħ tan-nomini għall-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew u l-Kunsilli Lokal. Il-Prim Ministru apella sabiex jiġi ppubblikat minnufih il-proċess verbal tal-inkjesta Maġisterjali.

IL-PM appella wkoll sabiex kulħadd jibqa’ kalm, filwaqt li l-Gvern jibqa’ jaħdem fuq il-ħtiġijiet tal-pajjiż.

Ekonomija

Sport