Sunday, December 29, 2024

“Kull donazzjoni tgħodd, żgħira kemm hi żgħira”

Cheyenne Muscat, fundatriċi tal-kumpanija “e.lementi”

Aqra wkoll

Is-26 ta’ Diċembru, l-għada tal-Milied, huwa jum mistenni minn bosta nies li għandhom għal qalbhom il-karità. Dan hekk kif ta’ kull sena tittella’ maratona ta’ 12-il seigħa, minn 12:00 p.m. sa 12:00 a.m. sabiex jinġabru għadd ta’ donazzjonijiet għal persuni fil-bżonn.

Il-fondi li jinġabru fil-jum tal-Istrina jmorru għall-Fondazzjoni Malta Community Chest Fund. 

Dan huwa l-appell ta’ Cheyenne Muscat, tfajla Maltija ta’ 25 sena li sena ilu kellha kanċer, f’intervista li kellha mas-sit Talk.mt: “L-unika ħaġa li nista’ ngħid hi grazzi tal-għajnuna li jsibu l-pazjenti għaliex li kieku ma jkunux dawn il-flus ma nkunux nistgħu nibqgħu għaddejjin b’ħajja normali għax ma nkunux nistgħu nieħdu t-trattament”.

“Agħtu d-donazzjoni tagħkom. Kull donazzjoni tgħodd, żgħira kemm hi żgħira. Tkunu qed tgħinu nies bħali li għaddejjin minn żmien diffiċli biex inkunu nistgħu nibqgħu ngħixu ħajjitna b’mod normali,” ittemm tgħid Cheyenne.

Fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet, Cheyenne żvelat ma’ dan is-sit li rnexxielha tiġbor iktar minn €6,000 b’risq il-Malta Community Chest Fund.

L-Istrina se tkun qed tintwera b’xandira diretta fuq l-istazzjonijiet Maltin.

Ekonomija

Sport