Ftit tal-ħin wara li Elaine Micallef ingħatat l-aħħar tislima, bintha Kaycee kitbet fuq il-profil tagħha li ommha kull fejn kienet tmur kulħadd kien jieħu bużż magħha… u fil-fatt il-funeral kien xhieda ta’ dawn hekk kif miegħu wrew rispett lejha.
Elaine Micallef Rabtija ta’ 46 sena li mietet fl-aħħar jiem minkejja kienet qed issofri minn xi mard xorta waħda baqgħet tiġġieled sal-aħħar.
Bintha Kaycee fuq il-midja soċjali kitbet “kemm għamlulek fjuri sbieħ ma. Kulħadd kien iħobbok dejjem tferraħ lil kulħadd.
Kummenti tan-nies li wrew is-sogħba tagħhom għal mewt ta’ Elaine, irringrazzjaw lil mejta ta’ kemm daħkithom u anke f’mumenti diffiċli sabu lilha biex tnissel tbissima.
Elaine ġiet deskritta minn oħrajn bħala “mara b’qalb tad-deheb li dejjem kienet lesta biex tgħin lil ħaddieħor.” oħrajn kitbu Elaine kienet “mara dejjem tidħak u b’enerġija pożittiva”.
Messaġġ li spikka fl-aħħar jiem kien dak ta’ Peter Paul Galea ta’ Tribali li fuq il-midja soċjali kiteb li Elaine se tibqa’ fil-memorja tiegħu għal dejjem.